
Iknes l-art tal-garaxx jew tad-driveway minflok taħsilha bl-ilma.
Aħsel il-karozza biss meta jkun meħtieġ.
- Meta taħsel il-karozza uża barmil bl-ilma bis-sapun jew installa trigger nozzle mal-pajp biex tikkontrolla kemm ikun ħiereġ ilma u b’hekk tuża anqas ilma.
- Meta taħsel il-karozza erġa’ uża l-ilma li tkun diġà użajt, bħall-ilma tal-banju.
- Uża ‘car wash’ kummerċjali li jagħmel użu minn ilma riċiklat jew uża gadget apposta sabiex tnaqqas il-pressa mill-pajp tal-ilma.