Links
Trid titgħallem aktar fuq r-riżorsi tal-ilma u l-konservazzjoni tiegħu?
Iċċekkja dawn il-links utli.
Fejn hu l-ilma? (Water rooms No. 2)
Fejn u kemm hemm ilma ħelu fid-dinja? X’inhu l-impatt uman fuq l-ilma u kemm hu ‘reali’ l-ilma virtwali? It-tieni filmat tal-vjaġġ fil-Water Rooms se jiggwidak fid-dinja tar-riżorsi tal-ilma ħelu. Il-filmat sar mill-UNESCO WWAP. Produzzjoni u animazzjoni ta’ Steve Cutts.
*Il-kontenut ipprovdut fuq dawn il-links mhuwiex iġġenerat mill-Aġenzija dwar l-Enerġija u l-Ilma jew proprjetà tagħha.
Governanza tajba
Il-governanza tajba tista’ jkun kunċett diffiċli u tal-biża’ biex tifhem imma fil-fatt kollox jiddependi mill-ingredjent li tuża biex tispjegah. Ir-raba’ filmat tal-Water Rooms se jiggwidak fid-dinja tar-riżorsi tal-ilma ħelu. Produzzjoni ta’ Francesca Ferrario. Il-filmat sar mill-UNESCO WWAP. Għal aktar informazzjoni żur: http://www.thewaterooms.org
*Il-kontenut ipprovdut fuq dawn il-links mhuwiex iġġenerat mill-Aġenzija dwar l-Enerġija u l-Ilma jew proprjetà tagħha.
Il-logħba Nexus Water
Il-konnessjonijiet bejn l-ilma, l-enerġija, l-ikel u l-ambjent huma bħal board game fejn biex tirbaħ, kull plejer irid jiġbor kemm jista’ jkun riżorsi. Se jirnexxielna nbiddlu r-regoli użati għall-ġid komuni? It-tielet filmat fil-Water Rooms se jiggwidak fid-dinja tar-riżorsi tal-ilma ħelu. Produzzjoni ta’ Bitamama. Il-filmat sar mill-UNESCO WWAP. Għal aktar informazzjoni żur: http://www.thewaterooms.org
*Il-kontenut ipprovdut fuq dawn il-links mhuwiex iġġenerat mill-Aġenzija dwar l-Enerġija u l-Ilma jew proprjetà tagħha.
Gwerra jew Paċi
Il-gwerer dwar l-ilma huma l-unika soluzzjoni għall-kriżi tal-ilma? Il-kunflitti fuq ir-riżorsi naturali se jirnexxielhom jiffurmaw il-futur tal-pjaneta jew l-ispeċi tagħna? Nistgħu nbiddlu d-drawwiet tagħna u nagħmlu differenza? Il-ħames u l-aħħar filmat fil-Water Rooms se jiggwidak fid-dinja tar-riżorsi tal-ilma ħelu. Produzzjoni ta’ Studio Bozzetto. Il-filmat sar mill-UNESCO WWAP.
*Il-kontenut ipprovdut fuq dawn il-links mhuwiex iġġenerat mill-Aġenzija dwar l-Enerġija u l-Ilma jew proprjetà tagħha.
L-ilma - riżorsa prezzjuża
L-ilma huwa prezzjuż, imma fl-istess ħin huwa riżorsa essenzjali għall-ħajja, bl-ebda sostitut adegwat. Il-provvista u l-allokazzjoni ta’ ilma ta’ kwalità adegwata u fi kwantità suffiċjenti hija waħda mill-akbar sfidi li s-soċjetà qed taffaċċja llum. Sfidi bħal dawn qed joħolqu suq kbir għal soluzzjonijiet għall-ilma. Ara l-filmat fuq goo.gl/6F2XJm biex issir taf aktar dwar l-isfidi u l-opportunitajiet li jeżistu biex jindirizzaw l-iskarsezza tal-ilma.
*Il-kontenut ipprovdut fuq dawn il-links mhuwiex iġġenerat mill-Aġenzija dwar l-Enerġija u l-Ilma jew proprjetà tagħha.
Il-konservazzjoni tal-ilma
Għin lid-dinja tħossha aħjar billi tiffranka l-ilma!
*Il-kontenut ipprovdut fuq dawn il-links mhuwiex iġġenerat mill-Aġenzija dwar l-Enerġija u l-Ilma jew proprjetà tagħha.
Iċ-ċiklu tal-ilma
Water cycle: water droplet’s adventure huwa kartun edukattiv għat-tfal. Se tiltaqa’ mal-gustuża Water Droplet. Il-vjaġġ tagħha jibda fil-lag. Hemm tevapora u ssir sħaba. Hemmhekk tiltaqa’ ma’ ħbieb ġodda u titgħallem li s-sħab huwa magħmul minn qatriet żgħar tal-ilma. Imbagħad meta l-qatriet jaqbżu għal isfel – dik tissejjaħ xita. Fl-aħħar, Water Droplet tidħol fil-fluss tal-ilma ta’ taħt l-art. Fl-ilma ġieri hi tasal f’xifer id-dinja u tirritorna lura fil-lag tagħha.
*Il-kontenut ipprovdut fuq dawn il-links mhuwiex iġġenerat mill-Aġenzija dwar l-Enerġija u l-Ilma jew proprjetà tagħha.
Uża l-ilma sew
Mill-1999, il-kampanja ta’ konservazzjoni ta’ Water – Use It Wisely għamlet l-użu tal-ilma pjaċevoli, sempliċi u prattiku għal kulhadd. Din il-kampanja magħmula biex tagħti vuċi lill-ilma- il-vuċi tiegħek. Ikun fejn ikun li trid twassal il-messaġġ: ix-xogħol, id-dar, fil-klassi jew il-kunsill.
*Il-kontenut ipprovdut fuq dawn il-links mhuwiex iġġenerat mill-Aġenzija dwar l-Enerġija u l-Ilma jew proprjetà tagħha.
Water Sense
Water sense huwa s-sit tal-Aġenzija tal-Protezzjoni Ambjentali Amerikana għall-konservazzjoni tal-ilma. Is-sit għandu riżorsi tajbin dwar prodotti effiċjenti fl-użu tal-ilma u prattiċi tajbin għad-djar u binjiet kummerċjali.
*Il-kontenut ipprovdut fuq dawn il-links mhuwiex iġġenerat mill-Aġenzija dwar l-Enerġija u l-Ilma jew proprjetà tagħha.
L-Aġenzija dwar l-Enerġija u l-Ilma
L-Aġenzija dwar l-Enerġija u l-Ilma tiddedika parti sinifikanti mir-riżorsi tagħha għat-twettiq tal-baġit annwali ppjanat u miżuri tal-manifest, flimkien mat-twettiq tal-liġi tal-UE rispettiv. Dan ifisser l-implimentazzjoni tal-legiżlazzjoni u politika relatat mal-enerġija rinnovabbli, l-enerġija effiċjenti, il-provvista sigura ta’ elettriku u gass, is-suq tal-elettriku intern, l-immaniġġjar tad-domanda tal-ilma u s-sostenibbiltà tal-provvista bażi tal-ilma.
RBMP LIFE Malta
Il-proġett LIFE IP huwa proġett ta’ tmien snin immexxi mill-Aġenzija dwar l-Energija u l-Ilma ko-finanzjat taħt il-Programm EU LIFE. Proġett ta’ 17-il miljun ewro bl-għan li jgħin fl-implementazzjoni tad-Direttiva dwar il-Qafas tal-Ilma f’Malta. Dan jassigura l-immaniġġjar ottimali ta’ kull riżorsa tal-ilma li hawn fil-gżejjer Maltin.
Il-Ministeru għall-Immaniġjar tal-Enerġija u l-Ilma
Ir-responsabbilitajiet tal-Ministeru jinkludu l-iżvilupp ta’ sorsi ta’ enerġija alternattiva, il-politika dwar l-enerġija, id-dawl, l-ilma u s-servizzi tal-enerġija u l-ilma.
*Il-kontenut ipprovdut fuq dawn il-links mhuwiex iġġenerat mill-Aġenzija dwar l-Enerġija u l-Ilma jew proprjetà tagħha.
Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma
Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tipproduċi u tiddistribwixxi l-ilma għax-xorb u tiġbor, tittratta u tarmi l-ilma tad-dranaġġ fil-gżejjer Maltin. Id-WSC tipproduċi wkoll ilma riċiklat ta’ kwalità għolja għall-agrikultura, l-industrija u użi oħra tal-ilma mhux potabbli.
*Il-kontenut ipprovdut fuq dawn il-links mhuwiex iġġenerat mill-Aġenzija dwar l-Enerġija u l-Ilma jew proprjetà tagħha.