Skopri kif tista’ tnaqqas l-użu tiegħek tal-ilma
Agħżel kategorija u ara l-pariri ta’ kif tikkonserva l-ilma
Sir af aktar
Sir af aktar
Sir af aktar
Sir af aktar
Sir af aktar
Sir af aktar
- Aħsel l-annimali domestiċi barra fil-parti tal-ġnien jew bitħa li tkun teħtieġ l-ilma.
- Meta tnaddaf it-tank tal-ilma tal-ħut uża dan l-ilma mimli nutrijenti biex issaqqi l-pjanti.
- Għatti l-pixxina biex iżżommha nadifa u tnaqqas il-bżonn tal-kimika u tevita l-ħela tal-ilma bl-evaporazzjoni.
- Żgura ruħek li l-pixxini, il-funtani u vaski jkollhom pompi għar-riċiklaġġ tal-ilma.
- Jekk għandek strument li jimlielek l-ilma b’mod awtomatiku ċċekkja l-pixxina minn żmien għal żmien biex tara li ma jkunx qed iqattar l-ilma.
- Timliex il-pixxina żżejjed. Livelli baxxi ta’ ilma jevitaw ħela ta’ ilma minħabba ċ-ċafċif.
Pariri oħra minn din il-kamra
Irrapporta leaks fil-kmamar tal-banju jew fil-kċejjen lill-maniġers tal-faċilità jew lil dawk li jieħdu ħsieb il-manutenzjoni tal-post.
Daħħal pjan tal-immaniġġjar tal-ilma fil-post tiegħek, imbagħad għallem lill-impjegati fuq modi kif jużaw l-ilma sew permezz ta’ newsletters u posters.
Ivverifika l-użu tal-ilma fil-binja tiegħek biex issir taf kemm hu l-użu rakomandat tal-ilma u mmonitorja l-kontijiet biex issir taf il-konsum ta’ kull xahar.
Ikkunsidra u kkumpara l-użu tal-ilma meta tixtri magni tas-silġ, dishwashers, reverse osmosis, coolers u magni tat-tindif.
Kellem lil-persuna responsabbli mit-tisqija għal workshop sabiex tiffranka l-ilma.
Ikkunsidra li tibdel feature tal-ilma jew funtana f’biċċa tal-arti jew pjanta biex tiffranka l-ilma.
Żgura ruħek li s-sistema tat-tisqija tiegħek qed issaqqi biss dik il-parti li kienet maħsuba għaliha u li ma jkunx hemm ilma sejjer fuq il-bankina, fit-triq jew f’xi gandott.
Iċċekkja s-sistema ta’ tisqija regolarment għal leaks jew sprinklers mkissrin u aġġusta l-pressa skont il-bżonn.
Saqqi skont kemm hemm bżonn. Iddetermina kemm hemm bżonn ilma, issaqqix b’mod frekwenti, u aġġusta skont l-istaġun.
Agħmel timers f’funtani dekorattivi u ixgħelhom biss waqt il-ħin tax-xogħol jew matul il-ġurnata. Iċċekkja għat-taqtir jekk għandek apparat li jimtela awtomatikament.
Aħsel il-karozzi tal-kumpanija f’postijiet li jaħslu l-karozzi li jirriċiklaw l-ilma.
Aħsel il-karozzi tal-kumpanija meta jkun hemm bżonn minflok fuq skeda. Ħalli żmien itwal bejn ħasla u oħra.
Meta tixtri apparat domestiku ġdid kkunsidra dak li joffri aġġustamenti fiċ-ċiklu jew fid-daqs tat-tagħbija. Dawn huma effiċjenti aktar fejn jidħlu l-ilma u l-enerġija.