Skip to main content

Avviż dwar il-Privatezza

L-Aġenzija tal-Enerġija u l-Ilma, l-aġenzija governattiva stabbilita bl-Avviż Legali 50 tal-2014, hija l-kontrollur tad-data ta’ dan is-sit.

Fejn dawn il-paġni jibagħtuk għall-informazzjoni u servizzi provduti minn entitajiet, dipartimenti, aġenziji u awtoritajiet oħrajn, il-politika ta’ privatezza tagħhom tapplika. Dawk huma mmaniġjati individwalment minn kull entità partikolari.

Il-protezzjoni tal-privatezza tiegħek tittieħed bis-serjetà. L-Aġenzija tal-Enerġija u l-Ilma tirrikonoxxi l-obbligi tagħha bħala kontrollur tad-data skont it-termini applikabbli mil-liġi dwar il-protezzjoni tad-data, prinċiparjament ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data tal-Unjoni Ewropea 2016/679 bħala żieda mal-Att dwar il-Privatezza u l-Protezzjoni tad-Data (Kapitlu 586 tal-Liġijiet ta’ Malta)

Il-kontrollur tad-data jiddetermina kif u għaliex data personali tkun proċessata. Int intitolat li tkun infurmat meta d-data personali, li hija data li permezz tagħha tkun identifikat jew identifikabbli, tkun proċessata.

L-ipproċessar jinkludi, fost l-oħrajn, ġbir, irrekodjat, ħażna u użu tad-data.

Id-data personali tiegħek se tkun proċessata:

  • Skont il-liġi, b’mod ġust u trasparenti
  • Għal użu speċifiku
  • B’mod relevanti u skont il-bżonnijiet li jkunu espressi b’mod espliċitu
  • Kif mitlub mill-għanijiet
  • B’mod li jiżgura s-sigurtà meħtieġa.

 

X’informazzjoni niġbru

L-informazzjoni personali li niġbru mingħandek tista’ tinkludi:

  • ismek, l-indirizz, l-indirizz tal-email u n-numru tat-telefon
  • mistoqsijiet, domandi u suġġerimenti li tħalli, flimkien mal-indirizz tal-email jekk tikkuntattjana permezz ta’ dan is-sit.
  • l-indirizz tal-email u l-preferenzi tas-sottoskrizzjoni meta tiffirma biex tirċievi n-notifiki b’email.
  • l-indirizz tal-IP (Internet Protocol) u d-dettalji ta’ liema verżjoni ta’ browser qed tuża biex taċċessa s-sit.
  • Informazzjoni ta’ kif tuża s-sit, l-użu tal-cookies u t-teknika tat-tagging tal-paġni. Irreferi għall-politika dwar il-cookies hawnhekk.

Hemm ħames formoli fuq dan is-sit li permezz tagħhom tintbagħat informazzjoni personali (ara l-formoli aktar ’l isfel)

 

Għaliex neħtieġu din l-informazzjoni

Aħna niġbru d-data sabiex:

  • Niġbru suġġerimenti biex intejbu s-servizzi tagħna, per eżempju n-notifiki bl-email
  • inwieġbu għas-suġġerimenti li tibagħtulna, jekk tkunu staqsejtuna
  • inwieġbu għall-mistoqsijiet tagħkom
  • nibagħtu notifiki bl-email lill-utenti li talbu dan is-servizz
  • inħallukom taċċessaw is-servizz offruti minn dan is-sit
  • nipproċessaw l-applikazzjoni tagħhom, jekk ikollkom bżonn tibagħtu waħda, għal xi servizz offrut minn dan is-sit
  • nimmonitorjaw is-sit biex nidentifikaw theddidiet ta’ sigurtà

Kull ipproċessar ta’ data personali rigward is-sigurtà ta’ dan is-sit hija magħmula fuq bażi ta’ interessi leġittimi tagħna, u l-interessi leġittimi tal-utenti.

Aħna nistgħu nipproċessaw data personali abbażi tal-kunsens tagħkom. Fejn ikun dan il-każ, dan ikun indikat b’mod ċar fl-applikazzjoni. Fejn il-kunsens tiegħek huwa l-bażi tal-ipproċessar tad-data personali, dan jista’ jiġi rtirat kull ħin. Jista’ jkun hemm xorta motivi legali li jippermettu li tkompli tintuża d-data. Għalhekk huwa importanti li qabel tagħti l-kunsens tifhem għaliex ikun mitlub.

Il-bażi legali għall-ipproċessar tad-data personali huwa dak li huwa neċessarju biex isir il-kompitu fl-interess pubbliku.

 

X’se nagħmlu bid-data tiegħek?

Id-data li niġbru tista’ tingħata lill-fornituri tas-servizzi u t-teknoloġiji tagħna, per eżempju lill-kuntrattur li se jkun qed jagħmel ix-xogħol relatat ma’ din il-kampanja nazzjonali għall-konservazzjoni tal-ilma jew il-fornituri ta’ hosting ta’ dan is-sit.

Aħna mhux se:

  • nagħmlu użu kummerċjali mid-data tiegħek
  • nbiegħu jew nikru d-data tiegħek lil terzi persuni
  • naqsmu d-data tiegħek ma’ terzi persuni għal skop ta’ reklamar

Aħna se naqsmu d-data tiegħek jekk ikun meħtieġ mil-liġi, per eżempju ordni mill-qorti jew għall-prevenzjoni ta’ frodi jew reati oħra.

 

Għal kemm żmien se nżommu d-data tiegħek?

Aħna se nżommu d-data personali tiegħek sakemm:

  • ikollna bżonnha minnħabba l-għanijiet msemmija f’dan id-dokument
  • il-liġi tippermettilna

 

Kampanja Nazzjonali dwar il-Konservazzjoni tal-Ilma

It-tqassim ta’ gift packs u kits għall-konservazzjoni tal-ilma jeħtieġu l-ġbir ta’ data personali, primarjament l-isem sħiħ, l-indirizz u l-firma. Dan huwa mitlub biex issir verifika għall-iskop tad-distribuzzjoni, u għall-proċess ta’ verifika u għalhekk huwa neċessarju sabiex l-Aġenzija tikkonforma mal-obbligi legali u twettaq ix-xogħol tagħha fl-interess pubbliku.

L-Aġenzija hija legalment meħtieġa żżomm id-data sal-perjodu meta ssir il-verifika wara li jitlesta l-proġett, sakemm l-eżerċizzju jiskadi.

 

Formoli

Hemm ħames formoli li jistgħu jimtlew mill-utenti fuq dan is-sit, jekk jixtiequ jagħmlu użu mis-servizzi offruti. It-tip, l-ipproċessar u l-perjodi ta’ żamma ta’ data huma kif ġej:

Tip ta’ Formola Data Miġbura u raġuni Bażi legali għall-ipproċessar Żamma
Formola ta’ kuntatt Isem sħiħ, numru tat-telefon, indirizz tal-email u kontenut tal-messaġġ. Interess Pubbliku – id-disseminazzjoni tal-informazzjoni dwar l-ilma u l-konservazzjoni taqa’ taħt il-mandat legali tal-Aġenzija. Ir-rekords jistgħu jinżammu għal skopijiet ta’ riċerka u statistika.
Formola għall-Ilmenti Isem, numru tat-telefon, indirizz tal-email u kontenut tal-messaġġ. Interess pubbliku – it-tixrid ta’ informazzjoni dwar l-ilma u l-konservazzjoni tiegħu huwa responsabbiltà legali tal-Aġenzija. L-informazzjoni miġbura tista’ tiġi użata għal raġunijiet edukattivi, ta’ riċerka jew ta’ statistika.
Mistoqsijiet dwar l-ilma Isem sħiħ, numru tat-telefon, indirizz tal-email u kontenut tal-messaġġ. Interess Pubbliku – id-disseminazzjoni tal-informazzjoni dwar l-ilma u l-konservazzjoni taqa’ taħt il-mandat legali tal-Aġenzija. Ir-rekords jistgħu jinżammu għal skopijiet ta’ riċerka u statistika.
Applikazzjoni għal intervent għall-konservazzjoni tal-ilma – Isem sħiħ, numru tat-telefon u l-indirizz tal-email tal-applikant.

– Informazzjoni dwar il-kont tal-ilma.

– Informazzjoni dwar ir-residenza u l-kategoriji tal-użu (domestiku)

– Informazzjoni dwar post agrikolu u r-riżorsi tal-ilma (agrikolu).

– Informazzjoni finanzjarja

Id-data mibgħuta permezz ta’ din il-formola hija pproċessata għall-assessjar tal-applikazzjoni u pproċessata ulterjorment jekk it-talba għal intervent tkun aċċettata, skond l-ipproċessar li jkun hemm bżonn fejn isir kuntratt.

 

Sakemm jgħaddi l-perjodu ta’ wara l-awditjar li jwasslu biex il-proġett jagħlaq. Xi data tinżamm jekk ikun hemm bżonnha għal skop ta’ riċerka u statistika.
Sejħa għal żjara fid-dar Isem sħiħ, numru tat-telefon, indirzz u indirizz tal-email. Interess Pubbliku – id-disseminazzjoni tal-informazzjoni dwar l-ilma u l-konservazzjoni taqa’ taħt il-mandat legali tal-Aġenzija. Ir-rekords jistgħu jinżammu għal skopijiet ta’ riċerka u statistika.
Abbonament għan-Newsletter Indirizz tal-email Interess Pubbliku – id-disseminazzjoni tal-informazzjoni dwar l-ilma u l-konservazzjoni taqa’ taħt il-mandat legali tal-Aġenzija. Sakemm l-utent ma jħassarx l-abbonament.

 

Protezzjoni tal-privatezza tat-tfal

Għalkemm is-sit jipprovdi ħoloq għal materjal edukattiv li jista’ jkun ta’ interess għal tfal żgħar, huwa rakkomandat li l-użu tal-internet mit-tfal iż-żgħar ikun monitorjat minn adult responsabbli.

Is-servizzi tagħna mhumiex iddisinjati jew intenzjonati għat-tfal u intenzjonalment mhux se niġbru jew inżommu data ta’ tfal taħt is-16-il sena.

 

Fejn se tkun proċessata u maħżuna d-data?

Aħna niddisinjaw, nibnu u nħaddmu s-sistemi tagħna biex niżguraw li d-data tkun kemm jista’ jkun sigura f’kull stadju, kemm waqt li qed tiġi pproċessata kif ukoll meta tkun maħżuna. Id-data personali kollha hija maħżuna fiż-Żona Ewropea Ekonomika (ŻEE).

 

Kif nipproteġu d-data tiegħek u nżommuha sigura?

Aħna impenjati li nagħmlu dak kollu possibli biex nżommu d-data tiegħek sigura. Aħna nħaddmu sistemi u proċessi li jipprevjenu aċċess jew żvelar tad-data tiegħek.

Aħna nieħdu ħsieb ukoll li partijiet terzi li naħdmu magħhom iżommu d-data personali kollha li jipproċessaw f’isimna b’mod sigur.

 

Id-drittijiet tiegħek

Int għandek id-dritt titlob:

  • informazzjoni kif id-data personali tiegħek tiġi proċessata
  • kopja tad-data personali
  • li informazzjoni mhux korretta fid-data personali tiegħek tiġi rranġata immedjatament

 

Tista’ wkoll:

  • tqajjem oġġezzjoni dwar kif id-data personali tiegħek tiġi proċessata
  • titlob li d-data personali tiegħek titħassar jekk m’hemmx ġustifikazzjoni li din tinżamm
  • titlob li l-ipproċessar tad-data personali tiegħek ikun ristrett f’ċerti ċirkostanzi
  • tirtira l-kunsens għad-data proċessata, fejn applikabbli

Jekk għandek waħda minn dawn it-talbiet, ikkuntattja lill-Uffiċjali tal-Protezzjoni tad-Data fuq [email protected]

 

Links għal siti oħra

Dan is-sit jinkludi links għal siti oħra.

Din il-politika ta’ privatezza tapplika biss għall-paġni ta’ dan is-sit, u ma tapplikax għal siti oħra li jeħodkom għalihom dan is-sit.

Jekk tmorru fuq sit ieħor minn dawn, aqra l-politika ta’ privatezza tas-sit u ssir taf x’jagħmlu bl-informazzjoni tiegħek.

 

Bidliet għal din il-politika

Aħna nistgħu nibdlu din il-politika ta’ privatezza. F’dan il-każ, id-data ta’ meta ġiet aġġornata l-aħħar il-paġna tinbidel ukoll fil-qiegħ tal-paġna. Kull bidla lil din il-politika ta’ privatezza tapplika għalik u għad-data tiegħek immedjatament.

 

Ikkuntattjana jew ibgħat ilment

Ikkuntattja lill-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data jekk:

  • għandek mistoqsija dwar xi ħaġa f’dan l-avviż dwar il-privatezza
  • taħseb li d-data tiegħek ġiet użata b’mod ħażin
Kontrollur tad-Data Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma
Indirizz: Pinto Business Centre
Triq il-Mithna, Ħal Qormi, Malta
Indirizz tal-Email: [email protected]
Indirizz tal-Email tal-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data [email protected]

 

L-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data jipprovdi pariri u monitoraġġ indipendenti dwar l-użu tal-informazzjoni personali.

Jekk ikollok ilment, tista’ tikkuntattja lill-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data.

 

Aġġornat it-2 ta’ Settembru 2019