Skip to main content

Pariri dwar kif tiffranka l-ilma.

Skopri kif tista’ tnaqqas l-użu tiegħek tal-ilma

Agħżel kategorija u ara l-pariri ta’ kif tikkonserva l-ilma

Fil-Kċina
Sir af aktar
Fil-Kamra tas-Sodda
Sir af aktar
Fil-Kamra tal-Banju
Sir af aktar
Fis-Salott/Kamra Tal-Ikel
Sir af aktar
Fil-Garaxx
Sir af aktar
Fil-Ġardina
Sir af aktar
Kun ċert li l-bejt ikun nadif u iġbor l-ilma mill-bejt billi tagħmel gandotti biex l-ilma jsaqqilek il-pjanti jew is-siġar jew inkella jibqa’ sejjer fil-bir/ġiebja.
  • Aħsel l-annimali domestiċi barra fil-parti tal-ġnien jew bitħa li tkun teħtieġ l-ilma.
  • Meta tnaddaf it-tank tal-ilma tal-ħut uża dan l-ilma mimli nutrijenti biex issaqqi l-pjanti.
  • Għatti l-pixxina biex iżżommha nadifa u tnaqqas il-bżonn tal-kimika u tevita l-ħela tal-ilma bl-evaporazzjoni.
  • Żgura ruħek li l-pixxini, il-funtani u vaski jkollhom pompi għar-riċiklaġġ tal-ilma.
  • Jekk għandek strument li jimlielek l-ilma b’mod awtomatiku ċċekkja l-pixxina minn żmien għal żmien biex tara li ma jkunx qed iqattar l-ilma.
  • Timliex il-pixxina żżejjed. Livelli baxxi ta’ ilma jevitaw ħela ta’ ilma minħabba ċ-ċafċif.
Meta tagħti ilma ġdid lill-annimali domestiċi tarmix l-ilma ta’ qabel. Użah għat-tisqija tas-siġar jew pjanti li ma tistax tiekol.
Iċċekkja l-kont tal-ilma għal użu ikbar mis-soltu. Il-kont u l-meter tal-ilma huma l-għodda li jistgħu jgħinuk issib jekk għandekx l-ilma ħiereġ minn xi mkien bla ma taf.
Irrapporta jekk tara pajpijiet miksura, ilma ħiereġ jew sprinklers li ma jkunux jaħdmu tajjeb.
Installa water heater żgħir ħdejn is-sink tal-kċina ħalli ma tħallix l-ilma mitfuħ sakemm jisħon. Dan inaqqas ukoll il-konsum tal-enerġija.
Imsaħ il-platti minflok tlaħlaħhom qabel taħsilhom.
Installa aerator f’kull vit li għandek biex dawn jiffrankaw l-ilma.
Uħud mill-fridges kummerċjali jew magni li jagħmlu l-ġelat jiksħu bl-ilma. Biddilhom għal appliances li jkessħu bl-arja u tiffranka l-ilma.
Ippubblika l-użu tal-ilma tal-organizzazzjoni tagħkom kull xahar biex turi l-progress li tkunu qed tagħmlu biex tiffrankaw aktar ilma.
Meta jibqagħlek is-silġ fit-tazza, tarmihx. Poġġih fil-qsari.
Illimita ż-żoni bit-turf u poġġi flokhom pjanti indiġeni.
Agħlaq l-ilma ta’ postijiet li majintużawx fil-binja tiegħek biex telimina t-taqtir jew l-użu mhux monitorjat.

Pariri oħra minn din il-kamra

Irrapporta leaks fil-kmamar tal-banju jew fil-kċejjen lill-maniġers tal-faċilità jew lil dawk li jieħdu ħsieb il-manutenzjoni tal-post.

Daħħal pjan tal-immaniġġjar tal-ilma fil-post tiegħek, imbagħad għallem lill-impjegati fuq modi kif jużaw l-ilma sew permezz ta’ newsletters u posters.

Ivverifika l-użu tal-ilma fil-binja tiegħek biex issir taf kemm hu l-użu rakomandat tal-ilma u mmonitorja l-kontijiet biex issir taf il-konsum ta’ kull xahar.

Ikkunsidra u kkumpara l-użu tal-ilma meta tixtri magni tas-silġ, dishwashers, reverse osmosis, coolers u magni tat-tindif.

Kellem lil-persuna responsabbli mit-tisqija għal workshop sabiex tiffranka l-ilma.

Ikkunsidra li tibdel feature tal-ilma jew funtana f’biċċa tal-arti jew pjanta biex tiffranka l-ilma.

Żgura ruħek li s-sistema tat-tisqija tiegħek qed issaqqi biss dik il-parti li kienet maħsuba għaliha u li ma jkunx hemm ilma sejjer fuq il-bankina, fit-triq jew f’xi gandott.

Iċċekkja s-sistema ta’ tisqija regolarment għal leaks jew sprinklers mkissrin u aġġusta l-pressa skont il-bżonn.

Saqqi skont kemm hemm bżonn. Iddetermina kemm hemm bżonn ilma, issaqqix b’mod frekwenti, u aġġusta skont l-istaġun.

Agħmel timers f’funtani dekorattivi u ixgħelhom biss waqt il-ħin tax-xogħol jew matul il-ġurnata. Iċċekkja għat-taqtir jekk għandek apparat li jimtela awtomatikament.

Aħsel il-karozzi tal-kumpanija f’postijiet li jaħslu l-karozzi li jirriċiklaw l-ilma.

Aħsel il-karozzi tal-kumpanija meta jkun hemm bżonn minflok fuq skeda. Ħalli żmien itwal bejn ħasla u oħra.

Meta tixtri apparat domestiku ġdid kkunsidra dak li joffri aġġustamenti fiċ-ċiklu jew fid-daqs tat-tagħbija. Dawn huma effiċjenti aktar fejn jidħlu l-ilma u l-enerġija.

Evita li ssaqqi r-raba’, segwi bir-reqqa t-tbassir tat-temp, kif ukoll l-umdità fil-ħamrija u l-pjanti u adatta l-iskeda ta’ tisqija skont il-kundizzjonijiet kurrenti.
Aħżen l-ilma billi tiġbru direttament meta tagħmel ix-xita jew inkella iġbor l-ilma minn fuq bjut nodfa bl-użu ta’ tankijiet, bjar jew ġwiebi tal-ilma.
Żgura ruħek li s-sistema tat-tisqija tiegħek qed issaqqi biss dik il-parti li kienet maħsuba għaliha u li ma jkunx hemm ilma sejjer fuq il-bankini, fit-triq jew f’xi gandott.
Skeda t-tisqija biex tagħmilha fil-ħin frisk tal-ġurnata u hekk tnaqqas il-ħela ta’ ilma mill-evaporazzjoni.
Il-mulch (kemm dak organiku u tal-plastik) huwa materjal li jitpoġġa fuq il-ħamrija biex jikkonserva l-umdità. Dan itejjeb il-kapaċità tal-ħamrija li żżomm iktar ilma u tnaqqas l-ilma li jintilef bl-evaporazzjoni. Biż-żieda tal-ilma jgħin waqt l-istaġun tas-sajf u jkun hemm bżonn inqas tisqija.
Il-pjanti jipproteġu l-ħamrija, inaqqsu l-ħaxix ħażin, iżidu l-fertilità tal-ħamrija u l-materjal organiku, u jgħinu kontra l-erożjoni. L-għeruq tal-pjanti jgħinu wkoll l-ilma jidħol fil-ħamrija u jżid il-kapaċità ta’ kemm iżżomm ilma.

Żomm kuntatt

Abbona għan-Newsletter

Segwina fuq

is-siti soċjali tagħna

Żomm kuntatt

Abbona għan-Newsletter

Segwina fuq

is-siti soċjali tagħna