Skip to main content

Il-Kampanja

ILMA – Ibda Minnek hija kampanja nazzjonali għall-konservazzjoni tal-ilma li tnediet f’Settembru 2019 bil-għan li twassal kampanja ta’ għarfien effettiv u edukattiv sabiex ir-riżorsi tal-ilma jintużaw bl-aħjar mod u b’aktar effiċjenza biex jiffaċilitaw bidla kulturali fl-imġiba tan-nies lejn il-konservazzjoni tal-ilma fil-Gżejjer Maltin.

Il-kampanja se tibqa’ għaddejja tliet snin biex tolqot lis-setturi domestiċ, kummerċjali u agrikoli.

Il-Kuntest

L-IKBAR SFIDA FIS-SETTUR MALTI FL-ILMA, hi l-iskarsezza naturali tal-ilma ħelu, kif jidher mill-fatt li Malta għandha l-inqas rata ta’ ilma ħelu ras għal ras imqabbel mal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

Dan jfisser li skont l-Indiċi Falkenmark tan-Nazzjonijiet Uniti għall-iskarsezza tal-ilma, Malta tikklassifika li għandha riżorsi naturali ta’ ilma ħelu li huma taħt il-kapaċità ġestibbli biex il-pajjiż ikollu żvilupp sostenibbli. Din is-sitwazzjoni ġejja minħabba d-densità għolja tal-popolazzjoni f’Malta, li hija  madwar 1,325 persuna kull kilometru kwadru, li tpoġġi lil Malta bħala l-aktar pajjiż b’densità għolja ta’ popolazzjoni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, il-popolazzjoni Maltija mistennija li kull sena tikber b’0.43% sas-sena 2030 (2nd Water Catchment Management Plan, 2015). Dan, flimkien man-numru dejjem jikber ta’ turisti li jżuru l-gżejjer Maltin, u l-klima Mediterranja nieqsa mix-xita, ipoġġi pressjoni serja fuq ir-riżorsi lokali tal-ilma.

Hemm bosta setturi li jiddependu fuq ir-riżorsa tal-ilma, u dawk prinċipali huma s-settur domestiku, dak tal-agrikoltura, u dak kummerċjali.

Id-domanda għall-ilma bħalissa qed tiġi indirizzata minn erba’ għejun differenti: billi jittella’ ilma mill-pjan; billi jinħażen l-ilma tax-xita; id-desalinizzazzjoni tal-ilma baħar permezz tal-impjanti tar-reverse osmosis, u bit-trattament tal-ilma tad-drenaġġ. L-estrazzjoni tal-ilma tal-pjan hija r-riżorsa l-aktar dominanti fil-provvista tal-ilma fil-Gżejjer Maltin. Din id-dipendenza fuq l-estrazzjoni tal-ilma tal-pjan qed tirriżulta f’rati ta’ estrazzjoni iżjed mill-ammont ta’ ilma li ġej mix-xita li jidħol fil-blat jew fil-ħamrija (il-livell medju tal-ilma tal-baħar li jidħol fil-blat jew fil-ħamrija) li jirriżulta fid-dħul tal-ilma baħar.

Fuq dan l-isfond, tikber l-importanza tal-għarfien dwar l-istat tas-settur lokali tal-ilma bħalissa, u t-tixrid ta’ din l‑informazzjoni lil dawk kollha involuti fis-setturi irid ikun enfasizzat. Meta wieħed jara d-domanda dejjem tikber, u li qed twassal għal kompetizzjoni bejn id-diversi setturi għar-riżorsa limitata tal-ilma, l-għarfien tas-sitwazzjoni preżenti huwa ta’ importanza kbira biex tkun żgurata governanza tajba u jsir l-aqwa mmaniġġjar possibbli tar-riżorsi tal-ilma.

Il-Kuntest

L-IKBAR SFIDA FIS-SETTUR MALTI FL-ILMA, hi l-iskarsezza naturali tal-ilma ħelu, kif jidher mill-fatt li Malta għandha l-inqas rata ta’ ilma ħelu ras għal ras imqabbel mal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

Dan jfisser li skont l-Indiċi Falkenmark tan-Nazzjonijiet Uniti għall-iskarsezza tal-ilma, Malta tikklassifika li għandha riżorsi naturali ta’ ilma ħelu li huma taħt il-kapaċità ġestibbli biex il-pajjiż ikollu żvilupp sostenibbli. Din is-sitwazzjoni ġejja minħabba d-densità għolja tal-popolazzjoni f’Malta, li hija  madwar 1,325 persuna kull kilometru kwadru, li tpoġġi lil Malta bħala l-aktar pajjiż b’densità għolja ta’ popolazzjoni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, il-popolazzjoni Maltija mistennija li kull sena tikber b’0.43% sas-sena 2030 (2nd Water Catchment Management Plan, 2015). Dan, flimkien man-numru dejjem jikber ta’ turisti li jżuru l-gżejjer Maltin, u l-klima Mediterranja nieqsa mix-xita, ipoġġi pressjoni serja fuq ir-riżorsi lokali tal-ilma.

Hemm bosta setturi li jiddependu fuq ir-riżorsa tal-ilma, u dawk prinċipali huma s-settur domestiku, dak tal-agrikoltura, u dak kummerċjali.

Id-domanda għall-ilma bħalissa qed tiġi indirizzata minn erba’ għejun differenti: billi jittella’ ilma mill-pjan; billi jinħażen l-ilma tax-xita; id-desalinizzazzjoni tal-ilma baħar permezz tal-impjanti tar-reverse osmosis, u bit-trattament tal-ilma tad-drenaġġ. L-estrazzjoni tal-ilma tal-pjan hija r-riżorsa l-aktar dominanti fil-provvista tal-ilma fil-Gżejjer Maltin. Din id-dipendenza fuq l-estrazzjoni tal-ilma tal-pjan qed tirriżulta f’rati ta’ estrazzjoni iżjed mill-ammont ta’ ilma li ġej mix-xita li jidħol fil-blat jew fil-ħamrija (il-livell medju tal-ilma tal-baħar li jidħol fil-blat jew fil-ħamrija) li jirriżulta fid-dħul tal-ilma baħar.

Fuq dan l-isfond, tikber l-importanza tal-għarfien dwar l-istat tas-settur lokali tal-ilma bħalissa, u t-tixrid ta’ din l‑informazzjoni lil dawk kollha involuti fis-setturi irid ikun enfasizzat. Meta wieħed jara d-domanda dejjem tikber, u li qed twassal għal kompetizzjoni bejn id-diversi setturi għar-riżorsa limitata tal-ilma. L-għarfien tas-sitwazzjoni preżenti huwa ta’ importanza kbira biex tkun żgurata governanza tajba u jsir l-aqwa mmaniġġjar possibbli tar-riżorsi tal-ilma.

Min hu wara l-Kampanja?

Il-kampanja hi kofinanzjata mill-Unjoni Ewropea taħt il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropew 2014-2020. Din il-kampanja qed tiġi implimentata mill-Aġenzija tal-Enerġija u l-Ilma, Aġenzija tal-Gvern imwaqqfa fi ħdan il-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma. Twaqqfet fl-2014 u ngħatat l-inkarigu li tifformula u timplimenta l-politika nazzjonali tal-Gvern fis-setturi tal-enerġija u tal-ilma bil-għan li tiżgura sigurtà, sostenibbiltà u affordabbiltà tal-enerġija u l-ilma f’Malta.

Ikkuntattjana

Tixtieq tkun parti minn din il-kampanja jew għandek bżonn ta’ aktar informazzjoni?

IKKUNTATTJANA

Ritratti

Testimonjanzi

Live
feed

Testimonjanzi

Renny Desira

Renny's Herbs and Salads

Renny investa f’għalqa idroponika biex ikabbar il-ħxejjex u l-fjuri.

“Li naqleb għal sistema idroponika kienet vantaġġuża u ideali għalija minħabba li l-għalqa tiegħi mhix kbira ħafna. Din it-teknoloġija tħallini nkabbar numru konsiderevoli ta’ ħxejjex fi spazju ristrett.

Mindu bdejt nuża s-sistema idroponika, eliminajt il-bżonn li nbiddel il-ħxejjex, u nimmassimizza l-użu tal-ilma permezz ta’ ċiklu kontinwu. Billi investejt f’din is-sistema bbenefikajt minn aktar qligħ finanzjarju billi naqqast l-użu tal-ilma.”

Louis Mifsud,

minn San Ġwann

Louis Mifsud minn San Ġwann qed jagħmel użu tajjeb mill-bir fid-dar tiegħu biex inaqqas il-konsum tal-ilma mis-sistema tal-Gvern. “Jien dħalt f’din id-dar 30 sena ilu u mill-ewwel irrealizzajt li nista’ nagħmel użu mill-bir żgħir li kelli fil-bitħa biex niffranka l-ilma. Allura ddeċidejt li niġbor l-ilma tax-xita minflok jintilef. Waħħalna pompa fil-bir u kuljum meta l-bir ikun mimli, b’mod speċjali fix-xhur tax-xitwa, nixgħel il-pompa u nuża l-ilma għall-flushing. Fix-xhur fejn ix-xita tkun inqas, nuża l-bir biex insaqqi l-pjanti, minflok nuża ilma mill-vit. Jien sibt dawn is-soluzzjonijiet faċli biex nużahom u nżommhom u għenuni niffranka l-ilma dawn is-snin kollha.”

Ivan Borg

Lil min tikkoncerna, nixtieq nghajdilkom grazzi ta l ghajnuna taghkhom. Bis sahha t hekk ghandi hafna aktar kumdita sabiex nuza ilma li qabel kien qieghed jintrema. Bhekk qieghed nifranka anke d dawl ghaliex kieku rrid ntella l ilma mil borehole. Fl istess hin dan huwa ilma ta kwalita ahjar.

Agħmel kuntatt
magħna

Segwi l-istazzjon tagħna biex tara l-filmati kollha li ntellgħu, titgħallem aktar dwar l-ilma u dwar kif int tista’ tkun il-bidla. Sib dwar x’qegħdin nagħmlu u agħfas subscribe fuq l-istazzjoni għall-aħħar tagħrif.

ŻUR L-ISTAZZJON

Żomm kuntatt

Abbona għan-Newsletter

Segwina fuq

is-siti soċjali tagħna

Żomm kuntatt

Abbona għan-Newsletter

Segwina fuq

is-siti soċjali tagħna