Skip to main content

Festival taċ-Ċikkulata

Is-Sibt 26 t’Ottubru 

post tal-attivita

Hamrun

Is-Sibt 26 t’Ottubru, mis-6:00pm sal-11:00pm

Il-ħdax-il edizzjoni tal-Festival taċ-Ċikkulata ser jerġa jinżamm fil-qalba tal-Ħamrun nhar is-Sibt 26 ta’ Ottubru. Mit-tradizzjoni orali, nafu li waqt il-ħakma tal-Kavallieri ta’ San Ġwann, il-Gran Mastru Perelos kien jaħżen iż-żerriegħa tal-kokoa fiż-żona tas-Samra fil-Ħamrun. Il-festival jiffoka fuq tradizzjonijiet u modi innovattivi ta’ kif tintuża ċ-ċikkuluta fl-arti kulinarja. Kokijiet primi, furnara u produtturi taċ-ċikkulata joffru dimostrazzjoni ħajja ta’ xogħolom u jaqsmu l-kreazzjonijiet mal-viżitaturi ta’ kull età.

Il-festival imiss ma’ temi dwar pjaċiri u kreattività, passjoni u togħmiet gourmet u stil ta’ ħajja sana. Opportunità speċjali sabiex tgawdi sensiela ta’ prodotti taċ-ċikkulata magħmula mill-idejn kreattivi ta’ artiġjani lokali. Żgur li din hija ħarġa ideali għall-familja kollha.

Żomm kuntatt

Abbona għan-Newsletter

Segwina fuq

is-siti soċjali tagħna

Żomm kuntatt

Abbona għan-Newsletter

Segwina fuq

is-siti soċjali tagħna