Hotel Phoenicia, il-Mall, il-Furjana
Għad irid jiġi mħabbar
Dan l-avveniment kien ippjanat għal nhar it-Tlieta 17 ta’ Marzu 2020. Għal raġunijiet ta’ prekawzjoni fil-konfront tal-Covid-19, dan l-avveniment ser jiġi pospost. Data ġdida ser tkun imħabbra mill-aktar fis.
Bħala parti mill-proċess ta’ implimentazzjoni tal-Water Framework Directive (WFD) tal-Unjoni Ewropea, Malta hija mistenniija tipprepara t-tielet Water Catchment Management Plan tagħha. Dan huwa pjan li jwettaq evalwazzjoni tal-ilma tal-kosta kif ukoll dak fuq l-art fil-gżejjer Maltin u jidentifika miżuri neċessarji li jgħinu sabiex jintlaħqu l-livelli ta’ kwalità tajba ta’ dawn l-ilmijiet.
Kun parti mill-workshop nazzjonali dwar l-isfidi ewlenin fl-immaniġġjar tal-ilma u pparteċipa f’diskussjonijiet bejn esperti lokali u barranin sabiex jiġu identifikati miżuri neċessarji għall-iżvilupp tat-tielet Pjan Nazzjonali għall-Immaniġjar tal-Ilma.
Irridu nisimgħu mingħandek! Kulħadd mistieden jattendi.
Għal aktar informazzjoni ċempel 2777 2777.
Marc de Rooy
Ministeru għall-Infrastruttura u l-Immaniġjar tal-Ilma, Olanda
Konstantina Toli
Global Water Partnership-Mediterranean
Eric Tardieu
Segretarju Ġenerali INBO (International Network of Basin Organizations)
Irreġistra
Registrations for this event are closed.