Skip to main content

Żejt iż-Żejtun

Is-Sibt 28th – Il-Ħadd 29th 2019

post tal-attivita

Zejtun

Is-Sibt 28th – Il-Ħadd 29th 2019

Żejt iż-Żejtun hija attività li tiċċelebra l-istaġun tal-ġbir taż-żebbuġ u l-għasir taż-żebbuġ biex isir żejt, li din is-sena saret fiż-Żejtun matul is-serati tas-Sibt, 28, u l-Ħadd, 29 ta’ Settembru 2019.

L-attività, organizzata mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun inkludiet defilè ta’ folkor tar-raħħala u bdiewa fuq il-karettuni jġorru l-ħsad għall-għasir, daqqaqa tat-tnabar, sbandieratori bil-kostumi medjevali, kantanti u żeffiena folkloristiċi.

Wirja ta’ prodotti u għodod agrikoli u arti folkloristika libbsu r-raħal bil-libsa tradizzjonali tiegħu. Ċentrali fit-tematika kienet is-siġra taż-żebbuġ. Ftajjar u ħobż biż-żejt taż-żebbuġa tqassmu biex wieħed ikun jista’ jduq il-benna tiegħu. Kien hemm ukoll preżentazzjoni awdjo-viżiva dwar il-varjetajiet tas-siġar taż-żebbuġ u l-kultivazzjoni tagħhom. Din l-attività inkludiet ukoll it-tberik tradizzjonali ta’ żwiemel, baqar u annimali domestiċi.

Żomm kuntatt

Abbona għan-Newsletter

Segwina fuq

is-siti soċjali tagħna

Żomm kuntatt

Abbona għan-Newsletter

Segwina fuq

is-siti soċjali tagħna