L-Aġenzija tal-Enerġija u l-Ilma, l-aġenzija governattiva stabbilita bl-Avviż Legali 50 tal-2014, hija l-kontrollur tad-data ta’ dan is-sit.
Fejn dawn il-paġni jibagħtuk għall-informazzjoni u servizzi provduti minn entitajiet, dipartimenti, aġenziji u awtoritajiet oħrajn, il-politika ta’ privatezza tagħhom tapplika. Dawk huma mmaniġjati individwalment minn kull entità partikolari.
Il-protezzjoni tal-privatezza tiegħek tittieħed bis-serjetà. L-Aġenzija tal-Enerġija u l-Ilma tirrikonoxxi l-obbligi tagħha bħala kontrollur tad-data skont it-termini applikabbli mil-liġi dwar il-protezzjoni tad-data, prinċiparjament ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data tal-Unjoni Ewropea 2016/679 bħala żieda mal-Att dwar il-Privatezza u l-Protezzjoni tad-Data (Kapitlu 586 tal-Liġijiet ta’ Malta)
Il-kontrollur tad-data jiddetermina kif u għaliex data personali tkun proċessata. Int intitolat li tkun infurmat meta d-data personali, li hija data li permezz tagħha tkun identifikat jew identifikabbli, tkun proċessata.
L-ipproċessar jinkludi, fost l-oħrajn, ġbir, irrekodjat, ħażna u użu tad-data.
Id-data personali tiegħek se tkun proċessata:
- Skont il-liġi, b’mod ġust u trasparenti
- Għal użu speċifiku
- B’mod relevanti u skont il-bżonnijiet li jkunu espressi b’mod espliċitu
- Kif mitlub mill-għanijiet
- B’mod li jiżgura s-sigurtà meħtieġa.
X’informazzjoni niġbru
L-informazzjoni personali li niġbru mingħandek tista’ tinkludi:
- ismek, l-indirizz, l-indirizz tal-email u n-numru tat-telefon
- mistoqsijiet, domandi u suġġerimenti li tħalli, flimkien mal-indirizz tal-email jekk tikkuntattjana permezz ta’ dan is-sit.
- l-indirizz tal-email u l-preferenzi tas-sottoskrizzjoni meta tiffirma biex tirċievi n-notifiki b’email.
- l-indirizz tal-IP (Internet Protocol) u d-dettalji ta’ liema verżjoni ta’ browser qed tuża biex taċċessa s-sit.
- Informazzjoni ta’ kif tuża s-sit, l-użu tal-cookies u t-teknika tat-tagging tal-paġni. Irreferi għall-politika dwar il-cookies hawnhekk.
Hemm ħames formoli fuq dan is-sit li permezz tagħhom tintbagħat informazzjoni personali (ara l-formoli aktar ’l isfel)
Għaliex neħtieġu din l-informazzjoni
Aħna niġbru d-data sabiex:
- Niġbru suġġerimenti biex intejbu s-servizzi tagħna, per eżempju n-notifiki bl-email
- inwieġbu għas-suġġerimenti li tibagħtulna, jekk tkunu staqsejtuna
- inwieġbu għall-mistoqsijiet tagħkom
- nibagħtu notifiki bl-email lill-utenti li talbu dan is-servizz
- inħallukom taċċessaw is-servizz offruti minn dan is-sit
- nipproċessaw l-applikazzjoni tagħhom, jekk ikollkom bżonn tibagħtu waħda, għal xi servizz offrut minn dan is-sit
- nimmonitorjaw is-sit biex nidentifikaw theddidiet ta’ sigurtà
Kull ipproċessar ta’ data personali rigward is-sigurtà ta’ dan is-sit hija magħmula fuq bażi ta’ interessi leġittimi tagħna, u l-interessi leġittimi tal-utenti.
Aħna nistgħu nipproċessaw data personali abbażi tal-kunsens tagħkom. Fejn ikun dan il-każ, dan ikun indikat b’mod ċar fl-applikazzjoni. Fejn il-kunsens tiegħek huwa l-bażi tal-ipproċessar tad-data personali, dan jista’ jiġi rtirat kull ħin. Jista’ jkun hemm xorta motivi legali li jippermettu li tkompli tintuża d-data. Għalhekk huwa importanti li qabel tagħti l-kunsens tifhem għaliex ikun mitlub.
Il-bażi legali għall-ipproċessar tad-data personali huwa dak li huwa neċessarju biex isir il-kompitu fl-interess pubbliku.
X’se nagħmlu bid-data tiegħek?
Id-data li niġbru tista’ tingħata lill-fornituri tas-servizzi u t-teknoloġiji tagħna, per eżempju lill-kuntrattur li se jkun qed jagħmel ix-xogħol relatat ma’ din il-kampanja nazzjonali għall-konservazzjoni tal-ilma jew il-fornituri ta’ hosting ta’ dan is-sit.
Aħna mhux se:
- nagħmlu użu kummerċjali mid-data tiegħek
- nbiegħu jew nikru d-data tiegħek lil terzi persuni
- naqsmu d-data tiegħek ma’ terzi persuni għal skop ta’ reklamar
Aħna se naqsmu d-data tiegħek jekk ikun meħtieġ mil-liġi, per eżempju ordni mill-qorti jew għall-prevenzjoni ta’ frodi jew reati oħra.
Għal kemm żmien se nżommu d-data tiegħek?
Aħna se nżommu d-data personali tiegħek sakemm:
- ikollna bżonnha minnħabba l-għanijiet msemmija f’dan id-dokument
- il-liġi tippermettilna
Kampanja Nazzjonali dwar il-Konservazzjoni tal-Ilma
It-tqassim ta’ gift packs u kits għall-konservazzjoni tal-ilma jeħtieġu l-ġbir ta’ data personali, primarjament l-isem sħiħ, l-indirizz u l-firma. Dan huwa mitlub biex issir verifika għall-iskop tad-distribuzzjoni, u għall-proċess ta’ verifika u għalhekk huwa neċessarju sabiex l-Aġenzija tikkonforma mal-obbligi legali u twettaq ix-xogħol tagħha fl-interess pubbliku.
L-Aġenzija hija legalment meħtieġa żżomm id-data sal-perjodu meta ssir il-verifika wara li jitlesta l-proġett, sakemm l-eżerċizzju jiskadi.
Formoli
Hemm ħames formoli li jistgħu jimtlew mill-utenti fuq dan is-sit, jekk jixtiequ jagħmlu użu mis-servizzi offruti. It-tip, l-ipproċessar u l-perjodi ta’ żamma ta’ data huma kif ġej:
Tip ta’ Formola | Data Miġbura u raġuni | Bażi legali għall-ipproċessar | Żamma |
Formola ta’ kuntatt | Isem sħiħ, numru tat-telefon, indirizz tal-email u kontenut tal-messaġġ. | Interess Pubbliku – id-disseminazzjoni tal-informazzjoni dwar l-ilma u l-konservazzjoni taqa’ taħt il-mandat legali tal-Aġenzija. | Ir-rekords jistgħu jinżammu għal skopijiet ta’ riċerka u statistika. |
Formola għall-Ilmenti | Isem, numru tat-telefon, indirizz tal-email u kontenut tal-messaġġ. | Interess pubbliku – it-tixrid ta’ informazzjoni dwar l-ilma u l-konservazzjoni tiegħu huwa responsabbiltà legali tal-Aġenzija. | L-informazzjoni miġbura tista’ tiġi użata għal raġunijiet edukattivi, ta’ riċerka jew ta’ statistika. |
Mistoqsijiet dwar l-ilma | Isem sħiħ, numru tat-telefon, indirizz tal-email u kontenut tal-messaġġ. | Interess Pubbliku – id-disseminazzjoni tal-informazzjoni dwar l-ilma u l-konservazzjoni taqa’ taħt il-mandat legali tal-Aġenzija. | Ir-rekords jistgħu jinżammu għal skopijiet ta’ riċerka u statistika. |
Applikazzjoni għal intervent għall-konservazzjoni tal-ilma | – Isem sħiħ, numru tat-telefon u l-indirizz tal-email tal-applikant.
– Informazzjoni dwar il-kont tal-ilma. – Informazzjoni dwar ir-residenza u l-kategoriji tal-użu (domestiku) – Informazzjoni dwar post agrikolu u r-riżorsi tal-ilma (agrikolu). – Informazzjoni finanzjarja |
Id-data mibgħuta permezz ta’ din il-formola hija pproċessata għall-assessjar tal-applikazzjoni u pproċessata ulterjorment jekk it-talba għal intervent tkun aċċettata, skond l-ipproċessar li jkun hemm bżonn fejn isir kuntratt.
|
Sakemm jgħaddi l-perjodu ta’ wara l-awditjar li jwasslu biex il-proġett jagħlaq. Xi data tinżamm jekk ikun hemm bżonnha għal skop ta’ riċerka u statistika. |
Sejħa għal żjara fid-dar | Isem sħiħ, numru tat-telefon, indirzz u indirizz tal-email. | Interess Pubbliku – id-disseminazzjoni tal-informazzjoni dwar l-ilma u l-konservazzjoni taqa’ taħt il-mandat legali tal-Aġenzija. | Ir-rekords jistgħu jinżammu għal skopijiet ta’ riċerka u statistika. |
Abbonament għan-Newsletter | Indirizz tal-email | Interess Pubbliku – id-disseminazzjoni tal-informazzjoni dwar l-ilma u l-konservazzjoni taqa’ taħt il-mandat legali tal-Aġenzija. | Sakemm l-utent ma jħassarx l-abbonament. |
Protezzjoni tal-privatezza tat-tfal
Għalkemm is-sit jipprovdi ħoloq għal materjal edukattiv li jista’ jkun ta’ interess għal tfal żgħar, huwa rakkomandat li l-użu tal-internet mit-tfal iż-żgħar ikun monitorjat minn adult responsabbli.
Is-servizzi tagħna mhumiex iddisinjati jew intenzjonati għat-tfal u intenzjonalment mhux se niġbru jew inżommu data ta’ tfal taħt is-16-il sena.
Fejn se tkun proċessata u maħżuna d-data?
Aħna niddisinjaw, nibnu u nħaddmu s-sistemi tagħna biex niżguraw li d-data tkun kemm jista’ jkun sigura f’kull stadju, kemm waqt li qed tiġi pproċessata kif ukoll meta tkun maħżuna. Id-data personali kollha hija maħżuna fiż-Żona Ewropea Ekonomika (ŻEE).
Kif nipproteġu d-data tiegħek u nżommuha sigura?
Aħna impenjati li nagħmlu dak kollu possibli biex nżommu d-data tiegħek sigura. Aħna nħaddmu sistemi u proċessi li jipprevjenu aċċess jew żvelar tad-data tiegħek.
Aħna nieħdu ħsieb ukoll li partijiet terzi li naħdmu magħhom iżommu d-data personali kollha li jipproċessaw f’isimna b’mod sigur.
Id-drittijiet tiegħek
Int għandek id-dritt titlob:
- informazzjoni kif id-data personali tiegħek tiġi proċessata
- kopja tad-data personali
- li informazzjoni mhux korretta fid-data personali tiegħek tiġi rranġata immedjatament
Tista’ wkoll:
- tqajjem oġġezzjoni dwar kif id-data personali tiegħek tiġi proċessata
- titlob li d-data personali tiegħek titħassar jekk m’hemmx ġustifikazzjoni li din tinżamm
- titlob li l-ipproċessar tad-data personali tiegħek ikun ristrett f’ċerti ċirkostanzi
- tirtira l-kunsens għad-data proċessata, fejn applikabbli
Jekk għandek waħda minn dawn it-talbiet, ikkuntattja lill-Uffiċjali tal-Protezzjoni tad-Data fuq [email protected]
Links għal siti oħra
Dan is-sit jinkludi links għal siti oħra.
Din il-politika ta’ privatezza tapplika biss għall-paġni ta’ dan is-sit, u ma tapplikax għal siti oħra li jeħodkom għalihom dan is-sit.
Jekk tmorru fuq sit ieħor minn dawn, aqra l-politika ta’ privatezza tas-sit u ssir taf x’jagħmlu bl-informazzjoni tiegħek.
Bidliet għal din il-politika
Aħna nistgħu nibdlu din il-politika ta’ privatezza. F’dan il-każ, id-data ta’ meta ġiet aġġornata l-aħħar il-paġna tinbidel ukoll fil-qiegħ tal-paġna. Kull bidla lil din il-politika ta’ privatezza tapplika għalik u għad-data tiegħek immedjatament.
Ikkuntattjana jew ibgħat ilment
Ikkuntattja lill-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data jekk:
- għandek mistoqsija dwar xi ħaġa f’dan l-avviż dwar il-privatezza
- taħseb li d-data tiegħek ġiet użata b’mod ħażin
Kontrollur tad-Data | Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma |
Indirizz: | Pinto Business Centre Triq il-Mithna, Ħal Qormi, Malta |
Indirizz tal-Email: | [email protected] |
Indirizz tal-Email tal-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data | [email protected] |
L-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data jipprovdi pariri u monitoraġġ indipendenti dwar l-użu tal-informazzjoni personali.
Jekk ikollok ilment, tista’ tikkuntattja lill-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data.
Aġġornat it-2 ta’ Settembru 2019