- Meta tkun qed taħsel idejk, wiċċek u xagħrek agħlaq l-ilma waqt li tkun qed togħrok bis-sapun.
- Għallem lit-tfal biex jagħlqu l-ilma tal-vit sew biex ma jaħlux ilma. Ippremja lit-tfal meta jagħmlu affarijiet li jnaqqsu l-konsum tal-ilma.
- Agħlaq l-ilma meta tkun qed taħsel xagħrek u tkun qed tiffranka mas-600 litru fix-xahar.
- Ħu doċċa ta’ anqas minn ħames minuti minflok tieħu banju.
- Jekk il-vit tal-banju/doċċa jimla barmil li jesa’ erba’ litri ilma f’inqas minn għoxrin sekonda, ibdel il-vit biex ikollu inkorporat miegħu aerator jew wieħed li fih funzjoni ta’ ‘Eco-stop’ biex tikkonsma inqas ilma.
Pariri oħra minn din il-kamra
Fil-Kamra tal-Banju
Ftakar biex tiċċekkja li x-shower head mhiex tqattar meta tkun magħluqa.
Ixtri aerator għal kull vit li għandek fid-dar. L-arjatur jifrex il-fluss tal-ilma li jkun ġej mill-vit tiegħek fi qtar iżgħar. Dan jipprevjeni t-titjir tal-ilma waqt li fl-istess ħin inaqqas il-konsum u jżid l-fluss ta’ l-ilma.
Jekk ix-shower timla iktar minn barmil ta’ erba litri f’inqas minn 20 sekonda, biddel ix-shower head għal waħda li jkollha aerator jew it-Pulsating Technology.
Meta timla l-banju, agħlaq bit-tapp qabel tiftaħ l-ilma. Irranġa t-temperatura waqt li jkun qed jimtela l-banju.
Meta tuża tissue itfagħha fil-landa taż-żibel minflok tifflaxxjaha. B’hekk tkun qed tiffranka l-ilma kull darba.
Agħlaq is-sink minflok tħalli l-ilma miftuħ meta tkun qed tlaħlaħ ix-xafra tal-leħja u tiffranka mal-1136 litru fix-xahar.
Meta tkun qed taħsel idejk, agħlaq l-ilma meta tkun qed togħrok is-sapun.
Banju mimli jkollu bżonn sa 265 litru ilma.
Kull qatra fis-sekonda tfisser dsatax-il litru kuljum!
Ara l-viti u x-shower heads humiex iqattru.
Fil-Kamra tal-Ħasil
Aħsel bil-magna tal-ħasil mimlija. Il-magni tal-ħasil ikunu l-aktar effiċjenti meta jkunu mimlijin. Jekk ma timliex il-magna għandek taħsel inqas ta’ spiss jew ixtri magna tal-ħasil b’kapaċità iżgħar.
Uża programm għall-ħwejjeġ tal-qoton minflok dawk sintetiċi. Biex tnaqqas it-tikmix, il-programmi sintetiċi jużaw 50% aktar ilma mill-programmi għall-ħwejjeġ tal-qoton.
Tlaħlaħx il-ħwejjeġ iżżejjed. Jekk il-programm tal-ħasil jagħmel tlaħliħ żejjed, dan ovvjament se juża aktar ilma milli hemm bżonn.
Meta tixtri magna tal-ħasil ġdida ikkumpara l-iffrankar fir-riżorsi fost il-mudelli Energy Star.