- Aħsel meta d-dishwasher tkun mimlija. Uża l-programmi fast/eco meta jkun possibli.
- Dishwashers tipikament jaħlu inqas ilma milli kieku taħsel il-platti b’idejk. Energy Star dishwashers jiffrankaw iktar ilma u enerġija. Jekk id-dishwasher tiegħek huwa ġdid evita li tlaħlaħ. Mudelli ġodda jaħslu iktar minn dawk antiki.
- Agħżel id-daqs tal-borma skont il-bżonn. Borom kbar jistgħu jużaw aktar ilma milli hemm bżonn.
- Sajjar l-ikel bl-inqas ammont ta’ ilma possibbli. Dan jgħin ukoll biex l-ikel iżomm iktar nutrijenti.
Żomm tazza waħda biex tixrob minnha kuljum jew imla flixkun. Dan inaqqas in-numru ta’ drabi li jkollok għalfejn taħsel it-tazzi.
Installa water heater (geyser) żgħir ħdejn is-sink tal-kċina ħalli ma tħallix l-ilma mitfuħ sakemm jisħon. Dan inaqqas ukoll l-ispejjeż tal-enerġija.
- Meta taħsel il-platti b’idejk tħallix l-ilma miftuħ. Imla friskatur bl-ilma għall-ħasil u agħmel ieħor bl-ilma għat-tlaħliħ.
- Ħalli l-borom u t-twaġen jixxarrbu minflok tħalli l-ilma nieżel waqt li tkun qed taħsilhom.
- Aħsel il-frott u l-ħaxix ġo kontenitur minflok ma tħalli l-ilma nieżel mil-vit.
Uża l-ilma li jkun fadal mill-ikel li tkun sajjart biex taħsel il-ħaxix, u biex issaqqi l-pjanti.
Ixtri aerator għal kull vit li għandek fid-dar. L-aerator jifrex l-ilma li jkun ġej mill-vit tiegħek fi qtar iżgħar. Dan jipprevjeni t-titjir tal-ilma waqt li fl-istess ħin inaqqas il-konsum u jżid l-fluss ta’ l-ilma.
Pariri oħra mill-Kċina
Tużax l-ilma tal-vit dirett meta ddewweb l-ikel iffriżat. Biex tikkonserva l-ilma u s-saħħa fl-ikel, ippjana bil-quddiem u ħallih idub fil-friġġ.
Naddaf il-platti minflok tlaħlaħhom qabel taħsilhom.
Jekk jaqagħlek xi silġ, tarmihx fis-sink iżda poġġih fi pjanta fid-dar minflok.