Fil-Ġardina

Poġġi flimkien dawk il-pjanti li jkunu jeħtieġu l-istess ammont ta’ ilma għat-tisqija biex tevita li jew tagħtihom iżjed jew inqas ilma milli jeħtieġu.
Iżra’ speċijiet ta’ pjanti li huma nattivi ta’ Malta.
Saqqi l-pjanti qabel titla’ u tinżel ix-xemx biex tevita li jevapora l-ilma fis-sħana tax-xemx, u rregola l-livell tal-ilma skont l-istaġun.
Neħħi l-ħaxix ħażin li jkun qed jikkompeti mal-pjanti l-oħra għall-ilma.

Pariri oħra mill-Ġardina

Uża materjal poruż fil-passaġġi u t-terazzin biex tevita li jintilef l-ilma u jibqa’ fil-bitħa.

Ħalli l-friegħi tas-siġar li jkunu fil-baxx u l-arbuxelli biex il-weraq li jaqa’ jinġabar fil-ħamrija. Dan jgħin biex il-ħamrija ma tisħonx u tnaqqas l-evaporazzjoni.

Agħmel saff ta’ weraq madwar il-pjanti biex tgħinhom iżommu l-umdità, u tiffranka l-ilma, il-ħin u l-flus.

Id-darba li jmiss li żżid jew tibdel fjura jew arbuxell, agħżel pjanta li ma jkollhiex bżonn ħafna ilma.

Biex awtomatikament tiffranka l-flus idderieġi l-ilma tax-xita mill-gandotti biex isaqqilek il-pjanti.

 

Huwa iktar faċli tinduna li jkollok il-viti jqattru ġewwa, imma tinsiex tiċċekkja l-viti u pajpijiet ta’ barra wkoll.

Uża xkupa minflok pajp biex tnaddaf it-terrazzin, il-paviment u d-driveways u b’hekk tiffranka l-ilma kull darba.

Iġbor l-ilma tal-A/C u d-dehumidifier f’barmil u uża l-ilma biex issaqqi l-pjanti.

Żgura ruħek li s-sistema tat-tisqija qed issaqqi biss dik il-parti li kienet maħsuba għaliha u li ma jkunx hemm ilma sejjer fuq il-bankini, fit-triq jew f’xi gandott.

Żomm kuntatt

Abbona għan-Newsletter

Segwina fuq

is-siti soċjali tagħna

Żomm kuntatt

Abbona għan-Newsletter

Segwina fuq

is-siti soċjali tagħna