Istruzzjonijiet għall-installazjoni
Il-ftit flimkien, jiffranka ħafna lil xulxin.

Aerator
Poġġi x-xugaman qadim jew biċċa ċarruta fuq id-drain tas- sink biex tevita li jaqa’ xi ħaġa fid-drain.
Għatti l-aerator l-antik b’xugaman qadim jew biċċa ċarruta u neħħiħ bit-tnalja.
Għaddas it-toothbrush fil-ħall u naddaf il-kamin sew. Nixxef b’biċċa ċarruta.
Iftaħ l-ilma u ħallih nieżel għal 5 jew 10 sekondi. Dan se jneħħi kull fdal li jkun inqala’ mill- kamin tal-vit.
Neħħi l-kitchen faucet aerator mill-kaxxa. Ixxotta l-kamin tal- vit. Poġġi l-washers f’posthom.
NOTA: Il-flip aerator huwa ddisinjat biex jintuża kemm bil-kamin fuq barra jew fuq ġewwa tal-vit tal-ilma.
• Kamin fuq barra: Uża washer wieħed tal-lastiku
• Kamin fuq ġewwa: Uża żewġ washers tal-lastiku
Dawwar favur l-arloġġ il- kitchen faucet aerator il-ġdid u ssikka b’idek. Tissikkax iżżejjed.
Iftaħ l-ilma u ċċekkja li ma jkunx qed iqattar. Jekk ikun qed iqattar agħmel ftit tape tat- Teflon fil-kamin tal-aerator.
NOTA: L-aerator mhuwiex se jwaqqaf kompletament l-ilma. Dan huwa biex jevita li jinġema l-ilma sħun li jista’ jkun ta’ periklu għat-tfal.

Scraper Tal-Platti/Squeegee
Minflok ma’ tlaħlaħ uża squeegee tal-plastic biex tneħħi xi fdalijiet minn fuq il-platti u d-dixxijiet. Naddaf l-isqueegee u erfagħha biex terġa’ tużaha.