Skip to main content

Kit għall-Konservazzjoni tal-Ilma
Struzzjonijiet għall-installazzjoni

Il-ftit flimkien, jiffranka ħafna lil xulxin.

Dual Spray Swivel Faucet Aerator

Poġġi x-xugaman qadim jew biċċa ċarruta fuq id-drain tas-sink biex tevita li jaqa’ xi ħaġa fid-drain.

Għatti l-aerator l-antik b’xugaman qadim jew biċċa ċarruta u neħħiħ bit-tnalja.

Għaddas it-toothbrush fil-ħall u naddaf il-kamin sew. Nixxef b’biċċa ċarruta.

Iftaħ l-ilma u ħallih nieżel għal 5 jew 10 sekondi. Dan se jneħħi kull fdal li jkun inqala’ mill-kamin tal-vit.

Neħħi l-kitchen faucet aerator mill-kaxxa. Ixxotta l-kamin tal-vit. Poġġi l-washers f’posthom.

NOTA: Il-flip aerator huwa ddisinjat biex jintuża kemm bil-kamin fuq barra jew fuq ġewwa tal-vit tal-ilma.
• Kamin fuq barra: Uża washer wieħed tal-lastiku
• Kamin fuq ġewwa: Uża żewġ washers tal-lastiku

Dawwar favur l-arloġġ il-kitchen faucet aerator il- ġdid u ssikka b’idek. Tissikkax iżżejjed.

ikun qed iqattar agħmel ftit tape tat-Teflon fil-kamin tal-aerator.

NOTA: L-aerator mhuwiex se jwaqqaf kompletament l-ilma. Dan huwa biex jevita li jinġema l-ilma sħun li jista’ jkun ta’ periklu għat-tfal.

SHOWERHEAD TAL-IDEJN

Neħħi x-showerhead l-antik minn max-shower arms billi ddawwar bil-kontra tal-arloġġ.

Naddaf il-kamin tax-shower arm, u iftaħ l-ilma biex tnaddaf il-pajp.

AGĦLAQ L-ILMA.

Waħħal ftit saffi tat-tape tal-ilma direttament maxshower arm kif idur l-arloġġ biex jinħoloq siġill li ma joħroġx ilma.

Iċċekkja li hemm screen washer fil-bracket. Waħħal il-bracket mas-shower arm.

Poġġi l-washer tal-lasktu f’wieħed mit-truf tal-pajp u qabbad il-pajp mal-qiegħ tal-bracket billi ddawwar b’idek, skont kif idur l-arloġġ lejn l-arm.

Poġġi washer tal-lasktu fit-tarf l-ieħor tal-pajp u waħħalha max-showerhead wand.

Issikka l-fittings kollha. TISSIKKAX IŻŻEJJED.

NOTA: Uħud mis-shower arms jinkludu ballun fejn teħel il-head. Tista’ tbiddel din it-tip ta’ arm jew inkella tuża adapter, li jinxtara minn kull hardware store, ironmonger jew home centre.

BIEX TNADDAF: Ħoll ix-showerhead u neħħi l-ħmieġ. Għaddas in-nozzle fil-hydrogen peroxide jew ħall.

Dual Thread Aerator

Neħħi l-aerator l-antik minn mal-vit. Jista’ jkun ikollok bżonn tnalja. Uża biċċa ċarruta biex tipproteġi l-finish.

Qabel tinstalla l-aerator il-ġdid, iftaħ l-ilma biex taħsel il-vit. Agħlaq l-ilma.

Iċċekkja li għamilt l-aerator skont kif għandu jkun. Dan għandu jkun kif ġej: poġġi washer tal-lasktu irqiq ġol-aerator u washer tal-lasktu oħxon fuq.

Dawwar l-aerator mal-vit. (Issikah b’idek)

Jekk il-vit għandu l-kamin fuq barra:

Neħħi l-washer oħxon ta’ fuq.

Bil-washer irqiq fuq l-aerator, dawwar l-aerator mal-vit. (Issikkah b’idek)

NOTA: Kultant żmien aqla’ l-aerator u aħslu fl-ilma.

Is-Switch biex tiftaħ u tagħlaq is-Shower

Agħlaq l-ilma.

Ħoll ix-shower head mill-pajp.

Agħmel tape tat-teflon max-shower arm.

Dawwar il-valve tal-kontroll max-shower arm.

Agħmel it-tape tat-teflon mal-valve li tikkontrolla l-volum tal-ilma.

Waħħal ix-shower head mal-valve li jikkontrolla l-volum tal-ilma.

KIF TINSTALLA (SHOWER TAL-IDEJN)

Agħlaq l-ilma.

Ħoll ix-shower head mill-pajp.

Waħħal tape tat-teflon mal-kamin female kemm tal-valve li tikkontrolla s-saħħa tal-ilma u tax-shower tal-idejn.

Qabbad ix-shower tal-idejn mal-valve li jikkontrolla s-saħħa tal-ilma u qabbad il-pajp man-naħa l-oħra
tal-valve.

BASKET TAT-TANK TAL-FLUSHING

Il-basket tat-tank tal-flushing huwa għodda biex tiffranka l-ilma li jitwaħħal fuq ġewwa tat-tank u huwa faċli biex tużah u tinstallah malajr.
KARATTERISTIĊI
• Faċli biex tużah – imla l-ilma sa fuq, faqqa’ biex tagħlaq u waħħal fit-toilet.
• Kull darba li tifflaxxja tiffranka maż-0.8 galluni.
• Magħmul minn materjali mhux korrużivi li jirreżistu mikrobi u tkabbir ta’ moffa.
• L-isnap-lock kontra l-evaporazzjoni tfisser li l-basket m’għandux bżonn jerġa’
jimtela u jipprevjeni l-irwejjaħ