L-użu effiċjenti tal-ilma hu ekonomikament sensibbli. Biż-żieda fl-ispejjeż tal-operazzjonijiet għal ħafna tipi ta’ negozji, il-konservazzjoni tal-ilma hija mod wieħed kif jitnaqqsu l-ispejjeż mingħajr ma jiġu kompromessi l-prodotti jew is-servizzi. Illum, il-kumpaniji qed jibdew jirrealizzaw li l-ġestjoni negliġenti tal-ilma tista’ tagħmel ħsara lill-marka tagħhom kif ukoll lill-kredibilità tagħhom. Dawk in-negozji li qed ifittxu modi biex inaqqsu l-ispejjeż operattivi jistgħu potenzjalment isibu ffrankar bl-implimentazzjoni ta’ strateġiji u teknoloġiji li jiffrankaw l-ilma.

Alternattivament, xi negozji jistgħu ma jikkunsidrawx l-użu effiċjenti tal-ilma bħala parti mill-istrateġija ta’ sostenibbiltà tagħhom, forsi minħabba li ma jkunux edukati ħafna f’dan is-suġġett partikolari u ma jifhmux l-ispiża tar-riskju ta’ telf. Għalhekk, li ssir taf x’inhu jiġri fis-sit tan-negozju tiegħek huwa l-ewwel pass deċiżiv biex il-proċessi jsiru aktar effiċjenti u sostenibbli.

It-tnaqqis tal-użu tal-ilma fin-negozju jtejjeb ir-reputazzjoni tal-kumpanija

In-nies qed ifittxu suġġerimenti dwar l-iffrankar tal-ilma b’impatt għoli għan-negozji. Illum il-ġurnata, tipi differenti ta’ kumpaniji tan-negozju f’Malta qed isiru aktar konxji u sensittivi għall-ħtieġa li jiġu adottati bidliet essenzjali, irrispettivament minn kemm ikunu żgħar, li jistgħu jagħmlu differenza kbira f’dak li għandu x’jaqsam mal-konservazzjoni tal-ilma.

It-tnaqqis tal-użu tal-ilma fuq il-post tax-xogħol, mhux biss se jżomm l-ispejjeż tal-ilma ‘l isfel, iżda se jgħin ukoll u jtejjeb l-impronta ekoloġika ta’ kwalunkwe kumpanija kummerċjali, u jwassal għal reputazzjoni bħala membru kuxjenzjuż u responsabbli tal-komunità. L-ewwel pass meħtieġ minn kumpanija tan-negozju li qed tagħti prijorità lill-użu tal-ilma huwa li twettaq awditu tal-ilma tal-bini tagħha, inklużi r-raġunijiet. 

Suġġerimenti għan-negozji biex inaqqsu l-konsum tal-ilma tagħhom

Is-sidien tan-negozji u l-impjegati rispettivi tagħhom għandhom ikunu konxji ta’ kemm qed jużaw ilma sabiex jillimitaw l-impatt fuq l-ambjent, peress li l-ilma huwa riżorsa prezzjuża u jeħtieġ li jiġi sostnut u kkonservat. Bl-istess mod, huwa vitali li jitgħallmu u jifhmu aktar dwar is-suġġett filwaqt li jaħdmu biex isibu soluzzjonijiet possibbli, kemm fil-ġbir kif ukoll fl-użu tal-ilma tax-xita frisk u l-użu mill-ġdid tal-ilma rriċiklat.

Jista’ jkun il-każ li xi negozji żgħar mhux se jkollhom ir-rekwiżiti ta’ spazju biex jagħmlu dan, madankollu, huwa imperattiv għal dawk li jagħmlu parti minn dan is-settur li jifhmu l-ħtieġa li jnaqqsu l-użu tal-ilma tagħhom u jipparteċipaw f’inizjattivi ta’ riċiklaġġ tal-ilma.

Hawn huma ftit suġġerimenti biex tgħin lil kwalunkwe kumpanija tan-negozju tibda:

Teduka u tagħti s-setgħa lill-impjegati

Involvi lill-impjegati f’inizjattiva fuq il-post tax-xogħol għall-użu u l-ġestjoni sostenibbli tal-ilma. L-edukazzjoni dwar il-konservazzjoni tal-ilma hija essenzjali peress li xi kultant naħlu l-ilma b’mod involontarju fl-użu tagħna ta’ kuljum. Ibda sfida fuq il-post tax-xogħol, ħabbar aġġornamenti fuq il-blog tal-kumpanija jew in-newsletter interna tiegħek, u agħti spinta lit-tim kollu biex jinvolvi ruħu.

Aħtar mexxej għall-konservazzjoni tal-ilma

Dawk il-kumpaniji tan-negozju li jassenjaw ir-responsabbiltà lill-individwu għandhom riżultati aħjar minn dawk li ma jagħmlux dan. Agħti lil xi ħadd fi ħdan l-organizzazzjoni tan-negozju, ir-responsabbiltà għall-ħolqien, l-implimentazzjoni u ż-żamma tal-programm ta’ konservazzjoni tal-ilma tal-kumpanija.

Iċċekkja s-sistema tiegħek għal tnixxijiet

Uża l-opportunità ta’ għeluq perjodiku biex timmonitorja l-konsum tal-ilma meta ma jkunx qed jintuża t-tagħmir. Jekk il-konsum tal-ilma jiżdied meta jingħalqu l-faċilitajiet li jużaw l-ilma, ifisser li hemm tnixxija fis-sistema, li jeħtieġ li tissewwa kemm jista’ jkun malajr. 

Kun konxju ta’ tagħmir effiċjenti fl-użu tal-ilma

Kun konxju li tagħmir effiċjenti fl-użu tal-ilma huwa disponibbli fis-suq f’każijiet meta t-tagħmir jeħtieġ li jiġi sostitwit jew meta tixtri tagħmir ġdid. Il-manifatturi tat-tagħmir qed isiru aktar konxji tal-ħtieġa għall-konservazzjoni tal-ilma u qed jfasslu biċċiet ta’ tagħmir li jeħtieġu inqas użu tal-ilma. Eżamina l-possibbiltajiet kollha. 

Immonitorja r-riżultati tiegħek

Kull kont tal-ilma jinkludi l-istorja tal-konsum tiegħek. Inti tista’ ssegwi din l-istorja u tieħu idea mmedjata dwar kemm sejjer aħjar meta tqabblu mal-kontijiet tal-perjodu preċedenti. Għażla oħra hija li tidħol fil-kont tiegħek tas-sit www.wsc.com.mt u tkun tista’ timmonitorja l-konsum tiegħek ta’ kuljum, ta’ kull ġimgħa jew ta’ kull xahar, li tista’ tniżżel bħala dokument jew immaġni.

  • Awtentikazzjoni Diretta tal-WSC

Fil-każ tan-negozji, minbarra l-aħħar kont u kopja tal-karta tal-identità; hija meħtieġa ittra ta’ referenza mid-diretturi tal-kumpanija. L-ittra għandha tinkludi li l-persuna li qed tapplika hija awtorizzata biex tara t-tabella tal-konsum tal-ilma tal-kumpanija. Dawn id-dokumenti l-ewwel għandhom jiġu eżaminati qabel ma jingħata aċċess għat-tabella tal-konsum.

Suġġerimenti sempliċi oħra ta’ kif kulħadd jista’ jnaqqas l-użu tal-ilma fuq ix-xogħol huma:

Installa toilets jew viti u arjaturi bi fluss baxx | L-installazzjoni ta’ dawn l-aġġornamenti tgħin lill-okkupanti jużaw inqas ilma mingħajr ma jirrealizzaw.

Itfi l-apparat tal-ilma meta ma jkunx qed jintuża

Hemm għadd ta’ soluzzjonijiet ta’ kif nistgħu ntejbu l-konservazzjoni tal-ilma fil-kumpaniji tan-negozju. Kwalunkwe negozju jista’ jikkontribwixxi għal użu aktar intelliġenti tal-ilma b’modi li huma kemm kbar u żgħar, ġewwa kif ukoll barra l-post tax-xogħol. Li tagħti suġġerimenti u tippromwovi affarijiet żgħar bħat-tifi tal-viti meta togħrok idejk bis-sapun u l-użu ta’ fliexken tal-ilma li jistgħu jerġgħu jintużaw huma aspetti li kollha jistgħu jammontaw biex itejbu dan l-għan.

WE MAKE | l-implimentazzjoni ta’ investimenti sostenibbli għall-kumpaniji tan-negozju lokali

Li n-negozji jsiru aktar sostenibbli jibda billi jkunu konxji tal-kwistjoni inkwistjoni u jifhmu kemm hu importanti li jsiru bidliet – kemm għan-negozju kif ukoll għall-pjaneta. Dan l-aħħar, ġie ffirmat ftehim importanti u sinifikanti ta’ koperazzjoni bejn l-Aġenzija tal-Enerġija u l-Ilma (EWA), Malta Business Bureau u l-Kamra tal-Kummerċ, Intrapriża u Industrija. Permezz ta’ dan il-ftehim, tnieda proġett ġdid għan-negozji biex jimplimenta investimenti sostenibbli, WE MAKE. 

B’dan il-proġett, is-settur tal-manifattura jista’ jibbenefika minn awditi tal-enerġija u tal-ilma offruti mill-EWA, sabiex in-negozji jkunu jistgħu jiġu ggwidati faċilment dwar kif itejbu l-konsum tal-enerġija u tal-ilma tagħhom u joperaw b’mod effiċjenti. Dan il-proġett qed jagħmel disponibbli wkoll informazzjoni dwar diversi investimenti finanzjarji, permezz ta’ forum li nħoloq sabiex in-negozji jkunu jistgħu jiddiskutu u jippreżentaw l-aħjar prattiki fis-settur. Dan il-forum se jgħin lin-negozji biex ikollhom aktar gwida dwar kif joperaw b’mod sostenibbli. Bis-saħħa tal-proġett WE MAKE, is-settur tal-manifattura qed isaħħaħ il-kompetittività tal-industrija u għalhekk se jżid l-investiment f’Malta.

Sabiex tikseb suġġerimenti professjonali mfassla apposta dwar kif tagħmel in-negozju tiegħek effiċjenti fl-użu tal-ilma u jiggwidawk dwar kif tista’ tiffranka l-ilma, l-enerġija u l-flus, idħol fuq is-sit web https://www.water.org.mt/audit/. Meta tidħol f’dan is-sit, int takkwista l-awditu tal-ilma tiegħek fi tliet passi sempliċi bla ħlas. 

Għal aktar informazzjoni, inklużi suġġerimenti dwar l-iffrankar tal-ilma żur water.org.mt

Ħalli kumment